Elezzjoni Każwali għall-Kumitat Amministrattiv tal-komunita' tal-Kappara, San Ġwann
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ membru għall-Kumitat Amministrattiv tal-Komunità tal-Kappara, San Ġwann, wara r-riżenja ta’ Simon Ellul Sullivan (2014, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien provdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:
Nomina ppreżentata:
Mousu’ Salvator
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 24 ta’ April, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
19 ta’ April, 2017