MEP & LC 2024 - votazzjoni f'San Vinċenz de Paul, l-isptarijiet u d-Djar tal-Anzjani

Tags: European Elections and Local Councils

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – ĠUNJU 2024

 

Votazzjoni f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

 

Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani  (ara Skeda) - is-Sibt, 1 ta’ Ġunju, 2024; 

 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, 2024

 

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

 

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani

 

Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-1 ta’ Ġunju, 2024), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 25 ta’ Mejju, 2024;

 

dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju, 2024;

 

fl-1 ta’ Ġunju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.

 

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:

 

jivvotaw f’dawn il-postijiet (fis-6 ta’ Ġunju, 2024) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 3 ta’ Ġunju, 2024, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.  Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-4 ta’ Ġunju, 2024.

 

www.electoral.gov.mt

    

 

17 ta’ Mejju, 2024

 

Skeda

 

01

Il-Ħamrun

Dar San Pawl

02

Santa Venera

L-Istitut ta’ Apap

03

Santa Venera

Casa Francesco

04

Iż-Żejtun

Dar l-Anzjani

05

Ħal Għaxaq

Ghigo Community Residence

06

Marsaskala

St Thomas Community Living

07

Il-Fgura

Residenza San Ġużepp

08

Paola

Casa Paola

09

Ħal Tarxien

Dar l-Annunzjata

10

Ħal Qormi

Dar Pinto

11

L-Imtarfa

Dar għall-Anzjani

12

Ir-Rabat (M)

Villa Messina

13

Ir-Rabat (M)

St Elizabeth Home

14

Ħal Balzan

Casa Antonia

15

Birkirkara

Dar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’

16

L-Imsida

Jasmine Nursing Home

17

Il-Gżira

Vivan Care Residence

18

In-Naxxar

Simblija Care Home

19

In-Naxxar

Golden Care

20

Baħar iċ-Ċagħaq,

In-Naxxar

Porziuncola

21

San Ġiljan

Casa Leone XIII

22

San Ġiljan

Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp

23

Tas-Sliema

Casa Marija

24

Tas-Sliema

The Imperial

25

Ħ’Attard

Dar Santa Katerina

26

Ħ’Attard

Roseville

27

Il-Mosta

Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’

28

Il-Mosta

Casa Arkati

29

Il-Mosta

Dar il-Madonna tal-Isperanza

30

Il-Mosta

Central Home

31

Il-Mellieħa

Dar il-Madonna tal-Mellieħa

32

San Pawl il-Baħar

Casa Serena

33

San Pawl il-Baħar

Casa San Paolo

34

San Lawrenz

Villa San Lawrenz