Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
 
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’: 
 
Triq il-Kbira, 
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 3, 
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 5, 
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 9,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 10,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 11,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 12,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 13,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 14,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 15,
Triq il-Kbira, Sqaq Nru 16, u
Triq il-Lunzjata, Ħaż-Żebbuġ (M) 
 
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Marzu, 2025, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-14 ta’ Marzu, 2025.
 
17 ta’ Marzu, 2025