Elezzjoni Ġenerali 2022 - Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI 2022

 

Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew

Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) fl-Elezzjoni Ġenerali ġew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu, 2022.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riservi) fit-22 ta’ Marzu, 2022, illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt id-19 ta’ Marzu, 2022.  Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta 22 ta’ Marzu, 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex.  L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument tal-vot biex jivvotaw.  Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.

 

Bla ebda mod ma jkun possibli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt 26 ta’ Marzu, 2022, anke jekk jirtiraw mill-kariga.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

16 ta’ Marzu, 2022