Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Il-Gudja
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Il-Gudja wara r-riżenja tal-Kunsillier Demelsa Grech (2013, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Il-Gudja.
www.electoral.gov.mt
15 ta’ Ġunju, 2017