Elezzjoni Ġenerali 2017 - Dokumenti tal-vot ta' residenti f'San Vinċenz de Paul

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul
 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk  il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule,  illi dawn għandhom jassiguraw  li dan id-dokument għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa  mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, it-22 ta’ Mejju, 2017.   Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel  il-preparamenti u verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paule iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, is-27 ta’ Mejju, 2017, f’din ir-residenza.

www.electoral.gov.mt

 

 

15 ta’ Mejju, 2017