Elezzjoni Ġenerali 2026 - Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

 

 

ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU, 2026

 

Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

 

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar, nhar il-Ġimgħa l-15 ta’ Mejju, 2026, bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u s-6.00 p.m., sabiex jivverifikaw kif ser jidher isimhom u r-ritratt fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-Kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġurnata u ħinijiet.

 

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sas-6.00 p.m. tal-Ġimgħa, l-15 ta’ Mejju, 2026.

 

 

 

14 ta’ Mejju, 2026