Elezzjoni Ġenerali 2017 - Verifika ta' kif se jidher l-isem tal-kandidat fuq il-polza tal-votazzjoni

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta, nhar it-Tlieta, is-16 ta’ Mejju, 2017, bejn id-9.00 a.m. u n-12.30 p.m. u mis-2.00 p.m. sal-5.00 p.m. sabiex jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-Kandidati  Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex,  fl-istess jum u ħinijiet.

 

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda,  tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sal-5.00 p.m. tat-Tlieta, is-16 ta’ Mejju, 2017.

www.electoral.gov.mt

 

 

14 ta’ Mejju, 2017