Elezzjoni Ġenerali 2017 - nominazzjonijiet

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Nominazzjonijiet

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li fit-tielet u l-aħħar jum allokat għan-nomini ta’ kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali, irċeviet 89 nomina.  B’hekk il-Kummissjoni rċeviet b’kollox 377-il nomina.  Dettalji jinstabu fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali fuq dan il-link https://electoral.gov.mt/nominazzjonijiet

 

 

13 ta’ Mejju, 2017