Elezzjoni Ġenerali 2017 - Dokumenti għall-votazzjoni speċjali

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017 

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara  li rċevewh,  u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tas-6 ta’ Mejju, 2017, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur,  ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom,  li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument  għall-votazzjoni speċjali.    Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identita’.   Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif  jidher hawn taħt:

mit-Tnejn sal-Ġimgħa:

mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

 

Sibtijiet u Ħdud:         

mit-8.00 a.m. sa nofsinhar

 

Nhar l-Erbgħa, il-31 ta’ Mejju (l-aħħar jum):               

mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u  mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

 

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex,  fl-istess ġranet u ħinijiet.

 

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni,  ħadd ma jkun jista’ jivvota.

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon f’Malta 21411689/21412347 u f’Għawdex 21556317.

 

www.electoral.gov.mt 

 

12 ta’ Mejju, 2017