Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa - it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa wara l-mewt tal-Kunsillier Joseph Baldacchino (2019, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
Nomini ppreżentati ‘llum il-Ħamis it-12 ta’ Jannar, 2023:
Buttigieg Simon u Pace Bernardette
12 ta’ Jannar, 2023