Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Is-Siġġiewi - nomini ta' kandidati

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta’ Is-Siġġiewi

 

Nomini ta’ Kandidati

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Is-Siġġiewi wara r-riżenja tal-Kunsillier Francine Farrugia, sa nhar il-Ħamis, 14 ta’ Awwissu, 2025 f’nofsinhar.

 

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar, minn għada t-Tlieta 12 ta’ Awwissu sal-Ħamis 14 ta’ Awwissu, 2025, jew  onlajn permezz tal-link /nominations minn għada it-Tlieta 12 ta’ Awwissu fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar il-Ħamis, 14 ta’ Awwissu, 2025.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

 

www.electoral.gov.mt

 

11 ta’ Awwissu, 2025