Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Tas-Sliema - L-ewwel ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema wara r-riżenja tal-Kunsillier Anthony Chircop (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
Nomina ppreżentata ‘llum it-Tnejn l-10 ta’ Jannar, 2022:
John B. Dougall
10 ta’ Jannar, 2022