Elezzjoni Ġenerali 2026 - ġbir ta' voti minn Għawdex u Malta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – Mejju, 2026
Il-Kummissjoni Elettorali terġa’ tavża lill-votanti li huma rreġistrati f’Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati f’Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 28 ta' Mejju, 2026.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tinsab onlajn: https://electoral.gov.mt/advanced-mt
Id-dokumenti f’Malta jinġabru b’mod personali mill-votant billi juri l-Karta tal-Identità f’dawn id-dati u l-ħinijiet:
mit-Tnejn 25 ta’ Mejju, 2026 sal-Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2026,
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm;
il-Ħamis 28 ta’ Mejju, 2026,
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofs il-lejl.
mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex.
9 ta’ Mejju, 2026