Elezzjoni Ġenerali 2026 - Ħatra ta’ Aġent tal-Għadd
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026
Ħatra ta’ Aġent tal-Għadd
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-Partiti Politiċi illi l-perjodu biex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali l-lista tal-Aġenti tal-Għadd ġie estiż sas-7.00pm tat-Tnejn 11 ta’ Mejju 2026.
Din il-lista għandha tiġi sottomessa fuq l-indirizz elettroniku: [email protected]
8 ta’ Mejju, 2026