Elezzjoni Ġenerali 2017 - Tqassim ta' dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

 

Elezzjoni Ġenerali – 3 ta’ Ġunju, 2017
 

Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat,  jiġifieri dak tas-6 ta’ Mejju, 2017,  suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Revizur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar it-Tlieta, 9 ta’ Mejju, 2017.  It-tqassim ser isir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m., sa nhar is-Sibt l-20 ta’ Mejju, 2017.

Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt it-18-il sena biex  tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.   Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti.   Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinzamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

8 ta’ Mejju, 2017