MEP & LC 2024 - irtirar ta' dokumenti għall-votazzjoni

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –

8 TA’ ĠUNJU, 2024

 

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment sal- lum biss il-Ħamis 6 ta’ Ġunju mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sa nofsillejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali:-

 

għall-votanti rreġistrati fuq Malta, mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar; u

 

għall-votanti rreġistrati fuq Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

 

Kull votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.

 

Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.     

 

www.electoral.gov.mt

 

 

6 ta’ Ġunju, 2024