Elezzjoni Kazwali ghall-Kunsill Lokali ta' Ix-Xaghra
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ x-Xagħra wara r-riżenja tal-Kunsillier Kevin Cutajar (2019, PN) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nominazzjoni waħda:
Nomina ppreżentata:
Attard Anthony
L-Għadd tal-voti ser isir fid-9:30am ta’ nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju, 2019, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
5 ta’ Lulju, 2019