MEP & LC 2024 - ħinijiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI  – ĠUNJU 2024  

 

Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, 2024, fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi fl-ebda ħin tal-ġurnata.

 

Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.

 

3 ta’ Ġunju, 2024