Elezzjoni Ġenerali 2017 - Votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017
Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, 2017, ser ikunu bejn is-7.00 am u l-10.00 pm bla waqfien. Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bzonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota jkun ħati ta’ reat skont il-liġi.
www.electoral.gov.mt
1 ta’ Ġunju, 2017