votazzjoni f'SVPR, fil-31 Dar tal-Anzjani u fl-isptarijiet
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – MEJJU 2019
Votazzjoni f’San Vinċenz de Paule, fil-31 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Residenza San Vinċenz de Paule u 31 Dar tal-Anzjani (ara Skeda) - is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019;
L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex –
il-Ħamis, 23 ta’ Mejju, 2019
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paule u tal-31 Dar tal-Anzjani
Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fit-18 ta’ Mejju, 2019), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 11 ta’ Mejju, 2019;
dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju, 2019;
fit-18 ta’ Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:
jivvotaw f’dawn il-postijiet (fit-23 ta’ Mejju, 2019) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 20 ta’ Mejju, 2019, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-21 ta’ Mejju, 2019.
14 ta’ Mejju, 2019
Skeda
|
01 |
Floriana |
Sir Paul Boffa Hospital |
|
02 |
Il-Ħamrun |
Dar San Pawl |
|
03 |
Santa Venera |
L-Istitut ta’ Apap |
|
04 |
Santa Venera |
Casa Francesco |
|
05 |
Bormla |
Dar tal-Anzjani |
|
06 |
Iż-Żejtun |
Dar l-Anzjani |
|
07 |
Il-Fgura |
Residenza San Ġużepp |
|
08 |
Paola |
Casa Paola |
|
09 |
L-Imtarfa |
Dar għall-Anzjani |
|
10 |
Ir-Rabat (M) |
Villa Messina |
|
11 |
Ir-Rabat (M) |
Dar Saura |
|
12 |
Ir-Rabat (M) |
St Elizabeth Home |
|
13 |
Ħal Balzan |
Casa Antonia |
|
14 |
Birkirkara |
Dar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’ |
|
15 |
L-Imsida |
Dar l-Anzjani |
|
16 |
L-Imsida |
Jasmine Nursing Home |
|
17 |
San Ġiljan |
Casa Leone XIII |
|
18 |
San Ġiljan |
Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp |
|
19 |
Tas-Sliema |
Casa Marija |
|
20 |
Ħ’Attard |
Dar Santa Katerina |
|
21 |
Ħ’Attard |
Roseville |
|
22 |
Il-Mosta |
Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’ |
|
23 |
Il-Mosta |
Casa Arkati |
|
24 |
Il-Mosta |
Ċentru Anzjani |
|
25 |
Il-Mosta |
Central Home |
|
26 |
Il-Mellieħa |
Dar il-Madonna tal-Mellieħa |
|
27 |
In-Naxxar |
Dar Sagra Familja/Dar Loyola |
|
28 |
In-Naxxar |
Simblija Care Home |
|
29 |
San Pawl il-Baħar |
Casa Serena |
|
30 |
San Pawl il-Baħar |
Casa San Paolo |
|
31 |
San Lawrenz |
Villa San Lawrenz |