tqassim ta' dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –

25 TA’ MEJJU, 2019

 

Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tat-13 ta’ April, 2019,  suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar it-Tlieta, 23 ta’ April, 2019.  It-tqassim ser isir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m., sa nhar is-Sibt l-4, jew il-Ħadd, il-5 ta’ Mejju, 2019, skont id-distretti elettorali.

 

Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt is-16-il sena biex  tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.   Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti.   Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

 

Id-dokumenti għall-votazzjoni għandhom jinżammu f’post fejn wieħed isibhom għax mingħajrhom ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni.

 

www.electoral.gov.mt

 

22 ta’ April, 2019