MEP & LC 2024 - statistika
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI GĦALL-PARLAMENT EWROPEW – 8 TA’ ĠUNJU, 2024
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjonijiet għall-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali imħabbar aktar kmieni llum kien ikkalkulat billi tnaqqsu n-numru ta’ dawk il-votanti li ma ġabrux id-Dokument għall-Votazzjoni minn numru ta’ votanti rreġistrati. B’differenza għal dak li kien ġara fl-elezzjonijiet tal-2019, din id-darba ġew inklużi fl-istatistika l-votanti li kienu tefgħu l-vot tagħhom fil-ġranet ta’ qabel, biex tingħata stampa iktar sħiħa ta’ kemm votanti fil-fatt kienu vvutaw b’kollox sal-lum fis-2.00pm.
8 ta’ Ġunju, 2024