LC 2024 - persentaġġ app. ta' votanti li vvutaw
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 6 TA’ ĠUNJU, 2024
Persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m, fl-Elezzjoni għall-Kunsilli Lokali li qed isiru llum, il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, 2024, fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex kien:
Votanti rreġistrati: 1340
Voti mitfugħa: 545
Persentaġġ approssimattiv: 40.67%
6 ta’ Ġunju, 2024