Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa wara r-riżenja tal-Kunsillier Hermann Schiavone (2015, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew żewġ nomini:
Nomini ppreżentati:
Borg Johann
Vella Antoinette
L-għadd tal-voti ser isir fil-11:30am ta’ nhar it-Tlieta, 4 ta’ Lulju, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
30 ta’ Ġunju, 2017