Elezzjoni Ġenerali 2026 - ġbir ta' voti minn Għawdex u Malta

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Ġenerali – Mejju, 2026

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 28 ta' Mejju, 2026.

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' email.

 

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex.  Id-dati tal-ġbir ikunu mill-25 sat-28 ta’ Mejju, 2026 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità..

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

30 ta’ April, 2026