Verifika ta' kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-polza tal-votazzjoni

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI

 – 25 TA’ MEJJU, 2019

 

Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar, nhar it-Tlieta, it-30 ta’ April, 2019, bejn is-2.00 p.m. u s-6.00 p.m. u l-Erbgħa, l-1 ta’ Mejju, 2019, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar sabiex jivverifikaw kif ser jidher isimhom u r-ritratt fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-Kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet.

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sa nofsinhar tal-Erbgħa, l-1 ta’ Mejju, 2019.

www.electoral.gov.mt

 

 

29 ta’ April, 2019