Elezzjoni Ġenerali 2017 - Irtirar ta' dokumenti għall-votazzjoni

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.

Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:

 

It-Tnejn 29, it-Tlieta 30 u l-Erbgħa 31 ta’ Mejju, 2017: mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm

 

Il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2017 (l-aħħar jum): mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl

 

TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ PERSONALMENT

 

L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT

GĦAL DAN L-ISKOP

 

MINGĦAJR ID-DOKUMENT GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI

 

www.electoral.gov.mt

 

28 ta’ Mejju, 2017