Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li estendiet il-ġranet li fihom tilqa’ applikazzjonijiet għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti sa nhar l-Erbgħa, is-6 ta’ Marzu, 2019, f’dawn il-postijiet:
Mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta
Fost il-ġimgħa mit-8.30am sas-6.30pm
Is-Sibt 2 ta’ Marzu mit-8.30am san-12.30pm
Il-Ħadd 3 ta’ Marzu – xejn
Mill-Uffiċċju Elettorali, ir-Rabat, Għawdex
Fost il-ġimgħa mit-8.00am sas-2.00pm
Is-Sibt 2 ta’ Marzu mit-8.00 am sa 12.00pm
Il-Ħadd 3 ta’ Marzu – xejn
Mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar
Fost il-ġimgħa mis-2.30pm sas-6.30pm
Is-Sibt 2 ta’ Marzu mit-8.30 san-12.30pm
Il-Ħadd 3 ta’ Marzu – xejn
Aktar dettalji jinkisbu mill-websajt www.electoral.gov.mt
27 ta’ Frar, 2019