Elezzjoni Ġenerali 2017 - Dokument tal-Vot minn Għawdex għal Malta jew viċi-versa

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Dokumenti tal-Vot minn Għawdex għal Malta jew viċi-versa

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex u li talbu bil-miktub li jixtiequ jieħdu d-Dokument tal-Vot tagħhom minn Malta għandhom jiġbruh personalment mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (ex-Trade Fair Grounds) mit-Tnejn id-29 ta’ Mejju sal-Ħamis l-1 ta’ Ġunju, 2017.

 

Il-ħinijiet għall-ġbir tad-Dokumenti jkunu:

 

Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Mejju:

mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm;

 

Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju (l-aħħar jum):

mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 om sa nofsillejl.

 

Votanti reġistrati f’Malta u li għażlu li jiġbru d-Dokument tal-Vot tagħhom minn Għawdex għandhom jagħmlu hekk fl-istess ġranet u ħinijiet mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

 

Fil-każijiet kollha, il-votant irid imur personalment u jieħu miegħu il-Karta tal-Identità tiegħu.

 

www.electoral.gov.mt

 

26 ta’ Mejju, 2017