Elezzjoni Ġenerali 2022 - Nomini ta' Kandidati
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022
Nomini ta’ Kanditati
Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi ser jirċievu n-nomini tal-kandidati għall- Elezzjoni Ġenerali ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati minn nhar l-Erbgħa t-2 sal-Ħadd is-6 ta' Marzu, 2022. Il-ħinijiet huma mid-9.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations jew personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.
Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ġie ippubblikat illum il-25 ta’ Frar, 2022. F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.
Gwida ġenerali għall-kandidati prospettivi tista’ tinstab fuq il-websajt www.electoral.gov.mt.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija u jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Kummissjoni Elettorali minn
https://electoral.gov.mt/Media/Default/Election2022/NominationsForm.pdf
Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi uffiċċju, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tnejn is-7 ta’ Marzu, 2022, fl-istess ħinijiet.
25 ta’ Frar, 2022