Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fl-Għaxar Distrett Elettorali - it-tielet ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FL-GĦAXAR DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fl-Għaxar Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt tal-Onor. Robert Arrigo.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fit-tielet jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina waħda għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Nomina ppreżentata ‘llum it-Tnejn l-24 ta’ Ottubru, 2022:
Buttigieg Albert
L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar il-Ġimgħa t-28 ta' Ottubru, 2022, mid-09.00am 'l quddiem.
24 ta’ Ottubru, 2022