MEP 2024 - ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI  –

ĠUNJU, 2024

 

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn

Il-Kummissjoni Elettorali tavża  lill-partiti politiċi rreġistrati u lill-kandidati indipendenti li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li għandhom sas-7.00 p.m. ta’ nhar is-Sibt 27 ta’ April, 2024, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista u l-applikazzjonijiet relevanti ta’ persuni li jixtiequ jinnominaw bħala Assistenti Kummissjonarji,  persuni għall-għadd tal-voti u Aġenti tal-Partit.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

24 ta’ April, 2024