Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Pawl Il-Baħar
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier David Thake (2015, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew tliet nomini:
Nomini ppreżentati:
Borg Dounia
Micallef Rebecca
Torpiano Edward
L-għadd tal-voti ser isir fil-11:00am ta’ nhar it-Tnejn, 27 ta’ Novembru, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
23 ta’ Novembru, 2017