Elezzjoni Ġenerali 2017 - Votazzjoni f'San Vinċenz de Paule u Djar tal-Anzjani

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI - 2017

Votazzjoni f’San Vinċenz de Paule, fi 30 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

Residenza San Vinċenz de Paule u 30 Dar tal-Anzjani  (ara Skeda)  - is-Sibt, 27 ta’ Mejju, 2017 

 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2017

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

 

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paule u tat-30 Dar tal-Anzjani:

jivvotaw f’dawn il-postijiet (fis-27 ta’ Mejju, 2017), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 20 ta’ Mejju, 2017;

dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, 2017;

fis-27 ta’ Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.

 

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:

jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-1 ta’ Ġunju, 2017) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 29 ta’ Mejju, 2017, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.  Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sal-31 ta’ Mejju.

Skeda

01

Floriana

Sir Paul Boffa Long Term Facility

02

Il-Ħamrun

Dar San Pawl

03

Tal-Pieta'

Sa Maison Retirement Home

04

Santa Venera

L-Istitut ta’ Apap

05

Santa Venera

Casa Francesco

06

Bormla

Dar tal-Anzjani

07

Iż-Żejtun

Dar l-Anzjani

08

L-Imtarfa

Dar għall-Anzjani

09

Ir-Rabat (M)

Villa Messina

10

Ir-Rabat (M)

Dar Saura

11

Ir-Rabat (M)

St Elizabeth Home

12

Ħal Balzan

Casa Antonia

13

Birkirkara

Dar tal-Kleru

14

L-Imsida

Marina Palace

15

L-Imsida

Dar l-Anzjani

16

L-Imsida

Jasmine Nursing Home

17

San Ġiljan

Casa Leone XIII

18

San Ġiljan

Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp

19

Ħ’Attard

Monte Karmeli – Swali San Ġorġ Preca, Santa Bernardetta u St. Jeanne Antide

20

Ħ’Attard

Dar  Santa Katerina

21

Ħ’Attard

Roseville

22

Il-Mosta

Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’

23

Il-Mosta

Casa Arkati

24

Il-Mosta

Ċentru Anzjani

25

Il-Mosta

Central Home

26

Il-Mellieħa

Dar il-Madonna tal-Mellieħa

27

In-Naxxar

Dar Sagra Familja/Dar Loyola

28

In-Naxxar

Simblija Care Home

29

San Pawl il-Baħar

Casa Serena

30

San Pawl il-Baħar

Casa San Paolo

 

www.electoral.gov.mt

 

23 ta’ Mejju, 2017