Elezzjoni Ġenerali 2017 - Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fis-6 ta’ Mejju, 2017, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Ufficjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

 

Mit-Tlieta 23 ta’ Mejju, 2017: mill-4.00 pm sad-9.00 pm;

 

L-Erbgħa 24 sal-Ġimgħa 26 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;

Is-Sibt 27 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u l-10.00 pm;

Il-Ħadd 28 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00 am u nofsinhar

 

Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, u fil-lokalita’ tal-Għasri mill-Klinika tal-Gvern.  Fil-lokalitajiet ta’ L-Iklin, Ħal Lija, Marsaskala,  Pembroke, Ta’ Xbiex u Fontana, d-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.  Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identita’.   L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.

 

Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

 

www.electoral.gov.mt

 

22 ta’ Mejju, 2017