Elezzjoni Ġenerali 2022 - Dokumenti tal-vot ta’ pazjenti fl-isptarijiet
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI – MARZU 2022
Dokumenti tal-vot ta’ pazjenti fl-isptarijiet
Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex inkluż Downtown (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 21 ta’ Marzu) biex, jekk għad għandom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjaw dan id-dokument lill-pazjent biex ikun jista’ jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat il-Ħamis, 24 ta’ Marzu.
Min iżomm dokument tal-vot ta’ ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni..... hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien” (Art. 112, Kap. 354).
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala’ każ bħal dan, tiddaħħal l-Awtorita’ tal-Pulizija.
22 ta’ Marzu, 2022