Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Birkirkara
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara wara r-riżenja tal-Kunsillier Liam Gauci (2013, PL)
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
www.electoral.gov.mt
19 ta’ Lulju, 2017