Elezzjoni Ġenerali 2017 - Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-Elezzjoni Ġenerali li huma għandhom jattendu għall-sessjoni ta’ ‘briefing’ skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma’ dan l-Avviż.

 

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif speċifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom. 

 

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali.  Dawn l-uffiċjali huma avżati li għandhom jiffamiljarizzaw rwieħhom sewwa mal-istruzzjonijiet tal-ktejjeb imsemmi.

 

www.electoral.gov.mt

 

19 ta’ Mejju, 2017

It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2017 - 14:30

AEC's reġistrati Għawdex

   

Gozo College

 

Triq l-Ewropa

 

Rabat (Għ)

 
   

L-Erbgħa, 24 ta' Mejju, 2017 – 17:30

Distrett 1

 

Distrett 2

Malta Fairs and Convention Centre,

Distrett 3

Ta' Qali

Distrett 4

Dħul mill-Open Air Gym

Distrett 5

 

Distrett 6

 

Riservi (A - L)

 

 

Il-Ħamis, 25 ta' Mejju, 2017 – 17.30

Distrett 7

 

Distrett 8

Malta Fairs and Convention Centre,

Distrett 9

Ta' Qali

Distrett 10

Dħul mill-Open Air Gym

Distrett 11

 

Distrett 12

 

Distrett 13

 

Riservi (M-Z)

 

 

   

Il-Ġimgħa, 26 ta' Mejju, 2017 -  17:30

Polling Place Officers

   

Dar il-Mediterran

Il-Belt Valletta