Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Antonio Sciortino, Triq Il-Baċir, Triq l-Isqof F.S. Caruana, Triq L. Zamenhof,
Triq Il-Monsinjur Dandria, Triq Nazju Falzon u Triq Ta’ Xmiexi, L-Imsida
Triq Ġużè Muscat Azzopardi u Triq it-Tapizzara, Ħal Qormi
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Lulju, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-14 ta’ Lulju, 2017.
17 ta’ Lulju, 2017