Elezzjoni Ġenerali 2026 - Persuni residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU 2026

 

Persuni residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

 

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li sas-Sibt 16 ta’ Mejju kienu residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin,  illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt, 23 ta’ Mejju 2026, fl-istess Faċilità. 

 

 

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra, u li huma  residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju, 2026.

 

Il-ħin tal-votazzjoni huwa mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.

 

 

17 ta’ Mejju, 2026