MEP 2024 - ġbir ta' dokument tal-vot mill-Għassa tal-Puliżija tal-Imdina
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –
8 TA’ ĠUNJU, 2024
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lill-votanti rreġistrati fuq L-Imdina li għad ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew illi għandhom jattendu fl-Għassa tal-Pulizija, biex jieħdu l-imsemmija dokument u mhux mill-Uffiċċju tal-Kunsilli Lokali kif kien avżat aktar qabel.
17 ta’ Mejju, 2024