Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Il-Gudja
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Il-Gudja wara r-riżenja tal-Kunsillier Demelsa Grech (2013, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:
Nomina ppreżentata:
Fenech George
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta, 20 ta’ Ġunju, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
16 ta’ Ġunju, 2017