Elezzjoni Ġenerali 2022 - Votazzjoni bikrija (tfakkira)
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – MARZU 2022
Votazzjoni Bikrija
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw nhar is-Sibt (19/03/2022) minflok fis-26 ta’ Marzu, 2022, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament stipulat. Il-ħinijiet huma:
L-Erbgħa 16 u l-Ħamis 17 ta’ Marzu:
mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu (l-aħħar nofstanhar) mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Kull applikant għandu jieħu l-karta tal-Identita’.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fid-19 ta’ Marzu illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
www.electoral.gov.mt
16 ta’ Marzu, 2022