Elezzjoni Ġenerali 2026 - Votazzjoni f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani eċċ

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU 2026

 

Votazzjoni f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-iSptarijiet Mater Dei (inkluż l-iSptar tal-Onkoloġia Sir Anthony Mamo), Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

 

Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani  (ara Skeda)

  • is-Sibt, 23 ta’ Mejju, 2026; 

 

L-iSptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex

  • il-Ħamis, 28 ta’ Mejju, 2026

 

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

 

Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani

 

Dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 16 ta’ Mejju 2026, jivvotaw f’dawn il-postijiet fit-23 ta’ Mejju, 2026.

 

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra, bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju, 2026.

 

Fit-23 ta’ Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.

 

Sptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:

 

Il-votanti rikoverati f’dawn l-isptarijiet, sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 25 ta’ Mejju, 2026 jivvotaw f’dawn il-postijiet fit-28 ta’ Mejju, 2026 u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.  Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sal-25 ta’ Mejju, 2026.

 

    

14 ta’ Mejju, 2026

 

Skeda

 

01

Birkirkara

Dar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’

02

Il-Ħamrun

Dar San Pawl

03

Santa Venera

Casa Francesco

04

Iż-Żejtun

Dar l-Anzjani

05

Ħal Għaxaq

Ghigo Community Residence

06

Marsaskala

St Thomas Community Living

07

Il-Fgura

Residenza San Ġużepp

08

Paola

Casa Paola

09

Ħal Tarxien

Dar l-Annunzjata

10

Ħal Qormi

Dar Pinto

11

Ir-Rabat (M)

St Elizabeth Home

12

Ir-Rabat (M)

Villa Messina

13

Ħal Balzan

Casa Antonia

14

In-Naxxar

Simblija Care Home

15

L-Imsida

Jasmine Nursing Home

16

Il-Gżira

Vivan Care Residence

17

In-Naxxar

Golden Care

18

Baħar iċ-Ċagħaq, In-Naxxar

Porziuncola

19

San Ġiljan

Palazzo Leone

20

San Ġiljan

Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp

21

San Ġiljan

Villa Anna Teresa

22

Tas-Sliema

Casa Marija

23

Tas-Sliema

The Imperial

24

Ħ’Attard

Dar  Santa Katerina

25

Ħ’Attard

Roseville

26

Il-Mosta

Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’

27

Il-Mosta

Central Home

28

Il-Mosta

Casa Arkati

29

Il-Mellieħa

Dar il-Madonna tal-Mellieħa

30

San Pawl il-Baħar

Casa Serena

31

San Pawl il-Baħar

Casa San Paolo

32

Rabat (Għ)

Casa Giuseppe

33

Għajnsielem

Dar San Ġużepp

34

San Lawrenz

Villa San Lawrenz