Elezzjoni Ġenerali 2017 - Oppożizzjoni għal nomina ta' kandidati

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Oppożizzjoni għal nomina ta’ kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi qed tilqa oppożizzjoni għal xi nomina ta’ kandidati skont Artiklu 51 tal-liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) fl-uffiċċju tagħha, f’Evans Building, Triq il-Merkanti,  il-Belt Valletta, illum il-Ħadd 14, u għada t-Tnejn 15 ta’ Mejju, 2017, bejn id-9.00am u s-1.00pm u bejn it-3.00pm u s-7.00pm.

 

 

14 ta’ Mejju, 2017