Elezzjonijiet Każwali għall-Membru Parlamentari fil-5, 12, 2, 9, 4, 6 u fit-8 Distrett Elettorali

Tags: General Election 2017, General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FIL-5, 12, 2, 9, 4, 6, U FIT-8 DISTRETT ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fil-Ħames, fit-Tnax, fit-Tieni, fid-Disà, fir-Rabà, fis-Sitt u fit-Tmien distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Joseph Muscat, is-Sur Evarist Bartolo, Dott. Helena Dalli, Dott. Michael Falzon, is-Sur Chris Fearne, is-Sur Silvio Schembri u Prof. Edward Scicluna.  Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta’ Membri Parlamentari.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-Erbgħa 14 sal-Ħadd 18 ta’ Ġunju, 2017, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u s-1.00 pm.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar it-Tlieta, l-20 ta’ Ġunju, 2017, mit-8.00 am ‘l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

13 ta’ Ġunju, 2017