Formoli tal-applikazzjoni għall-vot riveduti
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi l-formolarju kollu relatat mal-applikazzjoni għall-vot, u għal xi tibdil fid-dettalji personali bħal ma huma l-kunjom u l-istat ċivili, ġew riveduti biex jirriflettu l-liġijiet relevanti kif amendati riċentement. Dawn il-formoli se jkunu jistgħu jintużaw fl-uffiċċji tal-aġenzija Identity Malta mill-bidu ta’ Jannar. Il-formoli l-ġodda ġew skedati fil-liġi elettorali (Kap. 354) bis-saħħa ta’ Avviż Legali 350 tal-2017.
www.electoral.gov.mt
12 ta’ Diċembru, 2017