Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Office of the Address Registrar

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali javża lir-residenti ta’:

 

Triq Pawlu Micallef, Il-Fgura;

Triq San Ġużepp, L-Imsida; u

Triq is-Sindku P. Vella, Ħaż-Żebbuġ (M)

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta’ Ġunju, 2026, u jidher ukoll fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi (address.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Latest Publications’.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-9 ta’ Ġunju, 2026.

 

11 ta’ Ġunju, 2026