Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan;

Triq Kan. Injazju Sciberras Psaila u Triq it-Tabib Victor Theuma, Birkirkara;

Trejqet il-Kolleġġjata u Trejqet it-30 ta’ Ġunju, 2019, Ħal Qormi; u

Triq San Ġorġ, Ħal Safi

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-4 ta’ Novembru, 2022, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-4 ta’ Novembru, 2022.

 

9 ta’ Novembru, 2022